L-Aħħar Tagħrif

ĠABRA SPEĊJALI
Il-ġbir kollu li qed isir fil-Quddies tal-1 ta' Jannar f’Għawdex, l-Ewwel Jum tas-Sena, se jkun b’riżq id-Dar tal-Provvidenza. Kunu ġenerużi.

POCKET CALENDARS U DESK-CALENDARS TAL-ORATORJU
Il-Ħamis l-1 ta' Jannar fil-Quddies u fil-Foyer qed jitqassmu l-Pocket Calendars tas-sena 2026. Dan l-aħħar tqassmu wkoll Desk Calendars tal-Oratorju. Min għal xi raġuni għadu ma akkwistax Desk-Calendar jista’ jitlob wieħed lil d. Effie.

HOLIDAY HIKE
Nhar is-Sibt se jkollna Holiday Hike għall-istudenti u ż-żgħażagħ. Niltaqgħu fis-1:30pm. Inkunu lura sal-4:30pm.

L-EWWEL ĠIMGĦA TAX-XAHAR
Il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar u tas-Sena. Tajjeb li nagħmlu u nżommu Rizoluzzjoni ta’ Qrara u Tqarbina sinċiera f’kull l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar! Dritt wara l-Quddiesa jkollna ftit Adorazzjoni għal kulħadd

STRINA LILL-ORATORJU
Grazzi lil dawk li fl-okkażjoni ta’ dan l-istaġun festiv ftakru fl-Oratorju u taw l-Istrina tagħhom lil dan il-post. Don Bosco ipattilkom tal-imħabba tagħkom lejh.

KIRI TAL-BAR TAL-ORATORJU
Il-Bar tal-Oratorju se jkun qed jinkera minn Jannar li ġej. Min hu interessat għandu jikkuntattja lid-Direttur tal-Oratorju u jakkwista kopja tal-Kundizzjonijiet tal-Kiri. Ibgħatu email fuq

GRAZZI TAL-IMPENN FIL-MILIED
Ix-xahar tal-Milied fl-Oratorju kważi għadda. Kellna sitt ġimgħat impenjattivi ħafna. Grazzi mill-qalb hi dovuta lil dawk kollha li taw daqqa t’id, organiżżaw jew ħadmu biex seta’ jsir il-programm kollu li kellna.
