L-Aħħar Tagħrif

KUMMIEDJA BRILLANTI FL-ORATORJU
Is-Sibt 25 t’April u l-Ħadd 26 t’April l-Oratorju se jippreżenta l-Kummiedja brillanti ta’ Charles Clews “Il-Honeymoon ta’ Karmena Abdilla”. L-online booking huwa miftuħ minn fuq is-sit theatre.donboscogozo.org Il-prezz tal-biljetti huwa ta’ €15 u €20. Il-booking mill-Booking Office jiftaħ fil-15 ta’ Marzu.

L-EWWEL ĠIMGĦA TAX-XAHAR
Żommu d-drawwa ta’ Qrara u Tqarbina sinċiera nhar il-Ġimgħa!

SEJĦA GĦALL-AUDITIONS GĦAL“THE PRINCE OF EGYPT”
Bħalissa għandna miftuħa s-sejħa għall-Auditions għal kull min irid jieħu sehem fil-musical grandjuz bibliku “The Prince of Egypt” li se jsir fl-Oratorju f’Novembru li ġej. Biex tapplikaw u tirċievu l-“audition pack” idħlu fuq is-sit https://tinyurl.com/24ndh6xw.

MUSICAL TAT-TFAL
L-iskejjel sekondarji tal-Gozo College se jippreżentaw fl-Oratorju l-musical tat-tfal “Mary Poppins Jr.” nhar il-Ġimgħa fis-7:30pm u l-Ħadd fis-2:30pm. Biljetti mill-iskejjel. Minħabba din ix-show, nhar il-Ġimgħa l-Quddiesa fl-Oratorju tkun nofs siegħa qabel, jiġifieri fis-6:30pm.

KORS TAT-10K GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ (BEJN 18 U 35 SENA)
Dan ikompli nhar is-Sibt li ġej fil-Kappella tal-Oratorju bejn it-7:45pm u d-9:00pm u jkompli kull Sibt. Inħeġġu liż-żgħażagħ kollha biex jattendu.

L-EŻERĊIZZI TAR-RANDAN
Ħudu nota tal-Eżerċizzi fl-Oratorju:
Għaż-Żgħażagħ: Kull nhar ta’ Ġimgħa fir-Randan fit-8:30pm
Għal Kulħadd: mit-Tnejn 9 sal-Ħamis 11 ta’ Marzu fis-7:30pm.
