Aħna grupp ta' żgħażagħ li nattendu l-Form 4 u Form 5 u niltaqgħu l-Oratorju Don Bosco kull nhar ta' Ġimgħa fis-19.30.

Fil-laqgħat tagħna nitkellmu u naqsmu esperjenzi fuq ħafna suġġetti differenti, fosthom:

Il-ħbiberija,
Ir-relazzjonijiet mal-ġenituri,
Ir-relazzjoni li għandna ma' Alla,
L-istudji,
Il-peer pressure,
L-abbuż tad-droga u alkoħol,
L-isfidi li għandhom iż-żgħażagħ tal-lum,

u bosta suġġetti oħra li jolqtu direttament lielna iż-żgħażagħ tal-lum. Ikollna wkoll ħin ta' riflessjoni u talb u nagħmlu ukoll xogħol voluntarju. Norganizzaw attivitatjiet ta' divertiment bħal weekend live-ins ġo Malta u ħarġiet oħra bħal hikes jew xi ikla pizza tajba, fejn nieħdu pjaċir flimkien bħala grupp u nagħmlu ħbieb ġodda.

Jekk inti tixtieq tibda tiġi, kull ma trid tagħmel hu li tkellem lil Fr. Effie Masini jew lil Amy Attard jew tiġi tingħaqad magħna nhar ta' Ġimgħa... aħna nieħdu gost bik żgur!!! :)

ĊineFamilja

Click View More for upcoming movies

ĊineFamilja

PV Plant Overview

Click View Diagram to check performance

PV Plant Overview

Environmental & Sustainable Energy

Click Read More to browse articles

Environmental & Sustainable Energy