San Ġwann Bosco

L-Oratorju li laqa' fih mhux biss lis-Salezjani, imma li laqa' fih l-ispirtu ta' San Ġwann Bosco, sa minn qabel ma ġew is-Sależjani, u baqa' jżommu wara li telqu minn hawn, xettel fil-qalb ta' kull minn mess miegħu mħabba speċjali lejn dan il-qassis qaddis tat-tbissima, u għannejnielu:

 

Wiċċek dejjem daħkani
Jiġbidna lkoll lejk,
Sabiex ġewwa l-ġenna
Niġu għal dejjem ħdejk.

 

U għalhekk l-Oratorjani kollha dejjem ħassew li għandhom jiċċelebraw festa lil dan il-qaddis għażiż għalihom. Għall-bidu kienet issir speċi ta' dimostrazzjoni fejn kienu joħorġu bl-istatwa artistika li kien għamel Wistin Camilleri, mħallsa minn Dun Pawl Micallef. Din id-dimostrazzjoni kienet toħroġ mill-Oratorju Don Bosco u timxi ma' xi toroq fil-qalba tar-Rabat, lejn it-Tokk, ilium Pjazza Indipendenza.

Fis-snin 1964-65, bdiet mill-ġdid din id-dimostrazzjoni, sakemm fl-1987 bdiet issir il-purċissjoni proprja. Għal din il-festa lil San Ġwann Bosco li dejjem issir fil-Ħadd ta' qrib il-31 ta' Jannar, jum il-Festa Liturġika tal-qaddis tagħna, il-Kumitat tal-Festa jieħu ħsieb kemm għall-ispejjes tal-festa ta' barra ċu kemm għal dak li jsir fil-kappella. It-tiżjin tal-kappella jieħu ħsiebu John Cremona u sħabu li jgħinuh fil-kappella, waqt li mbagħad il-membri l-oħra tal-Kumitat tal-Festa, li bħala president għandu lil Joseph Borg, jarmaw it-toroq fil-ksieħ ta' Jannar.

Għamilna żmien għall-armar ta' barra konna nisselfu miż-żewġ soċjetajiet tal-Banda li għandna fir-Rabat, li dejjem għinuna bil-qalb. Illum għandna l-armar tagħna, kollu frott il-ħidma u l-ġbir tal-flus li jagħmel il-kumitat. Bdejna 'fund raising' u llum l-armar kollu hu tagħna. Bandalori, arbli, statwa ta' barra, li żżanżnet f'Jannar ta' l-1989, u dwal fit-triqat.

Jsir il-ġbir għall-festa, u Alla jbierek in-nies ta' madwar l-Oratorju u dawk li jħobbu lil Don Bosco jagħtu bil-qalb. Ħaġa sabieħa hi li l-Kumitat tal-Festa ħadha bħala 'policy' li kull sena jagħmlu xi opra ġdida fil-kappella.

Maż-żmien il-kumitat kiber u bdejna nsebbħu l-kappella. Saru ambone, bradella artistika, żewġ gandlieri kbar tar-ram, u għall-għeluq tal-ħamsin sena saret sedja sabieħa u moderna, fil-fatt l-ambone u s-sedja huma t-tnejn fuq disinn ta' l-artist Oratorjan John Grima, li dan l-aħħar irreġala lil l-Oratorju kwadru modern ta' Kristu, żagħżugħ, rebbieħ fuq il-mewt, u tiela' għal għand Missieru fil-glorja. Sar ukoll restawr ta' l-istatwa ta' ġewwa, u restawr tal-Kurċifiss. Il-kumitat ħaseb ukoll biex għamel dawl ġdid mal-kappella minn barra u maċ-ċinta l-ġdida ta' 1-Oratorju.

Naturalment il-kumitat, barra li jagħmel dan kollu, jħallas l-ispejjes kollha li għandhom x'jaqsmu mal-festa ta' ġewwa wkoll, biex hekk mill-Oratorju ma jintefqux flejjes. U dan kollu mill-'fund raising' li jsir.

Hi festa żgħira, mqabbla mal-festi l-oħra imma hi festa kbira għaliex baqgħet devota u l-konkorrenza tan-nies tat xhieda li din il-festa tridha. Anki Past Salesian Pupils minn Malta jiġu u jieħdu sehem, u dan l-aħħar bagħtulna ittra fejn faħħru lill-Kumitat tal-Festa li għalkemm daħħal il-Banda fil-purċissjoni, xorta ma naqasx it-talb u baqgħet devota.

Jalla Don Bosco jibqa' jitfakkar fi gżiritna, biex jibqa' jħarisna u jgħinna nħallu l-frott li hu jixtieq li jkun hawn f'Għawdex.

ĊineFamilja

Click View More for upcoming movies

ĊineFamilja

PV Plant Overview

Click View Diagram to check performance

PV Plant Overview

Environmental & Sustainable Energy

Click Read More to browse articles

Environmental & Sustainable Energy

With stainless animate or titanium cases and analogous bracelets, these are high-end G-Shock watches that absolutely clashing your swiss replica watches approved G-Shock watches. In fact, because of their body superior and amount levels, these are absolutely rolex replica uk comfortable G-Shock watches - if there anytime were such a fake watches thing. Yet, these MR-G G-Shock watches still attach to the attempt and aesthetics of G-Shock, that is to replica watches uk say that they are so hard, so strong, and as able as the blow of replica watches the G Shock lineup. Does that not accomplish them the ultimate affluence watches beater, then?