L-Aħħar Tagħrif
SPLASH & FUN!
Nhar il-Ħamis 24 ta’ Lulju, se norganiżżaw Ħarġa għall-Isplash & Fun għal dawk bejn Yr.4 u Yr.8 (Form 2). Iż-żgħażagħ li jattendu l-Oratorju jistgħu wkoll jiġu għal din il-Ħarġa. Tluq mill-Oratorju fis-1.30pm. Lura l-Oratorju għall-ħabta tad-9.00pm. Biljetti mingħand Dun Effie sat-Tlieta 22 ta’ Lulju. Prezz: €25 (jinkludi trasport f’Għawdex u f’Malta, u l-biljetti tal-vapur u tal-Isplash & Fun).
T-SHIRTS ĠODDA
Waslulna T-Shirts ġodda tal-Oratorju. Lit-tfal li jattendu s-Summer Club se nagħtuhom wieħed b’xejn. Min irid imma jista’ jixtri T-Shirt bil-prezz ta’ €5. Għandna wkoll xi Polo-Shirts għall-kbar li jinbiegħu bil-prezz ta’ €12.50. Dwar dawn kellmu lil Dun Effie.
ĦARĠA GĦAL KULĦADD F’MALTA
Il-Ħarġa tradizzjonali tas-sajf għal dawk kollha li jattendu s-Summer Club u l-familji tagħhom se ssir nhar l-Erbgħa 6 t’Awwissu. Għal din il-Ħarġa jkunu jistgħu jattendu wkoll ġenituri u familjari oħra. Dettalji dwar programm u biljetti jingħataw aktar ‘il quddiem.
BBQ u CONCERT TAL-AĦĦAR
Dawn se jsiru nhar l-Erbgħa 27 t’Awwissu fit-8:00pm. Innutaw id-data.
STOP PRESS: ĠURNATA SQALLIJA GĦAL KULĦADD
Nhar it-Tlieta l-1 ta’ Settembru se nkunu qed norganiżżaw ġurnata Sqallija għal Kulħadd. Nitilqu bil-Katamaran minn Malta fis-7:30am. Naslu lura Malta minn Sqallija fil-11:15pm. Se nżuru is-Santwarju tal-Madonna tad-Dmugħ f’Sirakuża fejn niċċelebraw Quddiesa. Imbagħad immorru Katanja fejn ikollna ċans induru u anki biex nagħmlu ftit shopping. Minn hemmhekk immorru fuq l-Etna (min irid ikollu ċans jitla’ anki bil-funikular (ħlas extra). Prezz: Tfal (sa 13-il-sena) €95; Kbar: €130. Il-prezz jinkludi l-Katamaran kif ukoll il-coach li tkun magħna l-ġurnata kollha. Min interessat ikellem lil Dun Effie.
ONLINE BOOKING GĦALL-MUSICAL “BEAUTY & THE BEAST”
L-online booking għall-musical “Beauty and The Beast” li l-Oratorju se jtella’ f’Novembru hu miftuħ. Għall-booking tistgħu tidħlu fuq is-sit theatre.donboscogozo.org. Il-booking mill-Foyer jiftaħ f’Ottubru.
IL-ĠABRA TAX-XAHAR
Illum imiss li ssir il-Ġabra Speċjali tax-Xahar. Din tmur bħas-soltu b’riżq il-proġett tar-refurbishment tal-Oratorju. Kunu ġenerużi.
GĦOTI TAD-DEMM
Illum il-Ħadd tistgħu tmorru sal-Berġa tax-Xewkija sas-1:00pm biex tagħtu d-demm. Kemm huwa mportanti li nibqgħu ġenerużi biex insalvaw il-ħajjiet anki matul il-ġranet sħan tas-sajf! Ħudu magħkom il-Karta tal-Identita’.