Kien il-kunċett ta' Oratorju Festiv li ġibed l-attenzjoni tad-dinja fuq is-sistemi ta' Don Bosco, anke ta' dawk li kienu kontra l-proġetti l-oħra tiegħu. Ħafna drabi, kien dan il-kunċett ta' Oratorju Festiv li salvaħ fix-xogħol tiegħu. Is-suċċessuri ta' Dun Bosco ikkritikaw bl-aħrax lil dawk li qalu li li l-Oratorju kien fenomenu ta' żmien Dun Bosco u li issa m'għadux żmienu.

Iżda x'infissru meta ngħidu 'Oratorju Festiv'? Il-kliem stess ifisser kollox. Huwa post 'festiv', fi kliem ieħor, huwa post fejn it-tfal u ż-żgħażagħ jiddevertu b'mod onest. Iżda huwa wkoll 'Oratorju' jew 'post tat-talb'. Naturalment, hemm ħafna postijiet fejn wieħed jista' jitlob, iżda l-Oratorju għandu jintgħaraf minn dawn bi spirtu żagħżugħ u ferrieħi li meta mħallat mat-talb igiegħel liż-żgħażagħ iħossuhom qishom f'darhom. Madanakollu, jekk jintilef l-element religjuż, l-Oratorju ma jibqax dak li kellu f'moħħu Dun Bosco.

Is-sistema ta' Dun Bosco kienet ibbażata fuq tliet kolonni; talb, tagħlim u rikreazzjoni. L-ewwel kolonna hi l-aktar waħda importanti l-attivitajiet l-oħra kollha li jsiru fl-Oratorju huma mezz kif wieħed jista' jersaq aktar qrib ta' Alla.

Naraw l-opra kollha ta' Dun Bosco tibda' permezz ta' Ave Maria mat-tfajjel Bartolomeo Garelli u s-suċċess tagħha huwa dovut għall-fatt li kull ma' jsir fl-Oratorji għandu jkollu bħala għan ewlieni li t-tfal u ż-żgħażagħ kollha li jiffrekwentaw l-Oratorji ta' Dun Bosco jersqu aktar lejn Alla.

Minkejja d-diffikultajiet finanzjarji li dejjem ħabbat wiċċu magħhom, Dun Bosco dejjem għamel dak kollu li seta biex ta' l-importanza mistħoqqa lid-dar ta' Alla.

Illum ukoll, ebda dar ma' tista' tissejjaħ ta' Dun Bosco, jekk iċ-ċentru u l-qalb tagħha ma' tkunx il-kappella.

images/frontpage/b_cinefamilja.png#joomlaImage://local-images/frontpage/b_cinefamilja.png?width=600&height=450

ĊineFamilja

Click for upcoming movies

images/frontpage/b_pv_meter.png#joomlaImage://local-images/frontpage/b_pv_meter.png?width=600&height=450

Pannelli Solari

Click to check performance

images/frontpage/b_sustainable_energy.png#joomlaImage://local-images/frontpage/b_sustainable_energy.png?width=600&height=450

Enerġija Sostenibbli

Click to browse articles