L-Aħħar Tagħrif

ĠEJJA L-FESTA TA’ DON BOSCO
Ħmistax oħra, fl-1 ta’ Frar, niċċelebraw Jum il-Festa ta’ San Ġwann Bosco. Fil-ġranet li ġejjin se jitqassam il-programm tal-festa fil-familji tal-parroċċi tar-Rabat u tal-Fontana. Madankollu dawk li ma jirċevuhx jew joqgħodu f’parroċċa oħra ikunu jistgħu jieħdu kopji tal-programm jew min-naħa ta’ wara tal-Kappella jew mill-Foyer. B’konnessjoni mal-Festa wkoll nappellaw biex min jista’, jiġi jagħti daqqa t’id fit-tħejjijiet li jridu jsiru fil-ġranet li ġejjin.
TIBDA N-NOVENA TA’ DON BOSCO
Il-Festa tibda bin-Novena mill-Ħamis li ġej 22 ta’ Jannar. Kuljum fil-Quddiesa ta’ filgħaxija (fis-7.00pm) jsir ħsieb qasir fuq Don Bosco. Kunu preżenti.
KONFERENZA GĦAL KULĦADD
Il-Ħamis fil-bidu tan-Novena se jkollna Konferenza għal Kulħadd fil-kappella. Tibda dritt wara l-Quddiesa jiġifieri fis-7.25pm. Nispiċċaw fit-7.45pm. Nhar il-Ħamis Mons. Giovanni Bosco Cremona se jagħti taħdita bis-suġġett: “Don Bosco: Xhud ta’ Alla dejjem”.
QUDDIESA TA’ FEJQAN
Bi tħejjija spiritwali għall-Festa nhar is-Sibt li ġej fil-Kappella tal-Oratorju se jkollna Quddiesa ta’ Fejqan (“Healing Mass”) immexxija minn Patri Marcello Ghirlando. Tibda fis-7:00pm u tkun animata bil-kant minn Mario Caruana. Kunu preżenti.
LEJL ADORAZZJONI
Bi tħejjija spiritwali għall-Festa nhar is-Sibt se jsir Lejl Adorazzjoni fil-kappella. Jibda b’Quddiesa fit-8:00pm, u jkun hawn Quddiesa oħra f’Nofs Il-Lejl.
AĦSBU GĦALL-IKLA TAL-FESTA
L-Ikla tal-Festa se ssir lejlet il-Festa ta’ Don Bosco jiġifieri s-Sibt 31 ta’ Frar fit-8:00pm. Din is-sena se ssir fil-Lukanda Ta’ Ċenċ, Sannat. Inkitbu għand Leli Farrugia jew Dun Effie.
IL-ĠBIR TAL-FESTA-FESTA
F’dawn il-ġranet qed isir il-Ġbir għall-Festa ta’ San Ġwann Bosco. Minkejja li tagħna hija Festa żgħira, madankollu xorta jkun hemm spejjeż li jeħtieġ li jitħallsu. Nappellawlkom biex tkunu ġenerużi.

KIRI TAL-BAR TAL-ORATORJU
Il-Bar tal-Oratorju se jkun qed jinkera mill-ġdid. Min hu interessat għandu jikkuntattja lid-Direttur tal-Oratorju u jakkwista kopja tal-Kundizzjonijiet tal-Kiri. Ibgħatu email fuq

QEGĦDIN NAĦSBU WKOLL GĦALL-KARNIVAL
Ġimgħa wara l-Festa jasal ukoll il-Karnival. Din is-sena l-Oratorju se jkollu Kumpanija Hilarious kif ukoll sett Maskri Grotteski. Se nkunu qed norganiżżaw ukoll Karnival f’Taċ-Ċawla. Napprezzaw kull daqqa t’id. Kellmu lil d. Effie jew lill-inkarigati.
