L-Aħħar Tagħrif

KRISTU RE
Nhar il-Ħadd 22 ta’ Novembru niċċelebraw is-Solennità ta’ Kristu Re. Hija okkażjoni biex għalina li nemmnu nirriflettu fuq kemm Kristu huwa verament is-Sid tal-ħajja tagħna. B’rabta ma din il-festa ser isiru diversi attivitajiet djoċesani, fosthom għall-adolexxenti l-Ġimgħa 20 ta’ Novembru fit-8.00pm ġewwa ċ-Ċittadella; għaż-żgħażagħ is-Sibt 21, mixja mill-Oasi lejn Ta’ Pinu fit-8.30pm; u għal kulħadd Ċelebrazzjoni djoċesana l-Ħadd 22 fl-4.00pm fil-knisja tax-Xewkija.

LAQGĦA GĦAL MIN JAQRA FIL-QUDDIESA
Nhar it-Tlieta 17 ta’ Novembru ser issir laqgħa għal dawk kollha li jaqraw fil-Quddiesa. Din ser issir dritt wara l-Quddiesa fil-Conference Room. Inħeġġu lil dawk kollha li soltu jaqraw sabiex jattendu, kif ukoll oħrajn li jixtiequ jibdew joffru dan is-servizz.

LAQGĦAT TA’ FORMAZZJONI GĦAL DIN IL-ĠIMGĦA
Adolexxenti (Forms 2-3): L-Erbgħa fil-5.30pm; Koppji kbar: Il-Ħamis fis-7.30pm; Adolexxenti (Forms 4-5): Il-Ħamis fit-8.00pm; 10K: Nhar is-Sibt fil-5.30pm.

INTENZJONIJIET TAL-QUDDIESA
Il-booking għall-quddies tas-sena d-dieħla jinsab miftuħ. Jista’ jsir qabel jew wara l-quddies.

DUN PAWL MICALLEF
Nhar il-Ħadd li ġej niftakru fil-fundatur tal-Oratorju Dun Pawl Micallef. Kemm fil-Quddiesa tat-8.00am kif ukoll f'tal-10.30am niftakru f'dan il-benefattur ewlieni li beda din l-opra ta’ Don Bosco f'Għawdex. Nhar il-Ġimgha 20 ta’ Novembru fil-5.00pm nitilghu l-Katidral biex inpoġġu fjuri u nitolbu fuq il-qabar tiegħu.

THE PRINCE OF EGYPT
Apparti x-shows ta’ dan il-weekend, fadal l-aħħar tlett rappreżentazzjonijiet nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Novembru fis-7.30pm, is-Sibt 21 fis-7.30pm u l-Ħadd 22 fil-5.30pm. Fadal l-aħħar ftit biljetti, inħeġġukom biex ma tħallux għall-aħħar. Infakkru li l-booking mill-booking office ikun miftuħ kuljum bejn il-5-6.15pm, kif ukoll tistgħu tibbukkjaw online.

ĊINEFAMILJA
Navżaw li dan il-Ħadd 15 u li ġej 22 mhux ser isir il-film minħabba l-musical.

ORATORY YOUTHS FC
Nhar il-Ħadd 22 ta’ Novembru fil-Quddiesa tal-10.30am ser isir talb għall-membri mejtin tal-Oratory Youths FC. Mistiedna b'mod speċjali l-plejers u d-diriġenti tal-klabb.
