Żgħażugħ ta' Dejjem
"Żagħżugħ ta' Dejjem" huwa l-isem ta' sensiela ta' programmi għar-Radju li qed itella' l-Oratorju Don Bosco fl-okkażjoni tad-diversi anniversarji marbuta ma' Don Bosco u l-Oratorju li qed jiġu ċelebrati tul is-sena 2009. F'dawn il-programmi qed jinqraw xi siltiet mill-memorji ta' Don Bosco dwar l-Oratorju tiegħu ta' Valdocco f'Turin. Imbagħad diversi persuni li għaddew mill-Oratorju, fosthom Anton Scicluna, Anton Mizzi u Ġanninu Cremona, qed iġeddu t-tifkiriet tagħhom dwar l-istorja ta' l-Oratorju t'Għawdex. F'kull programm qed jinstemgħu wkoll xi siltiet mir-rock opera "Ġwanninu" u mill-musical "Jisimni Ġiovanni" li ttellgħu fuq il-palk ta' l-Oratorju fis-snin l-imgħoddija.
Agħżel l-episodju li tixtieq tisma' billi t'agħfas fuq in-numru rispettiv m'uri hawn taħt: