L-Aħħar Tagħrif

ATTIVITA’ TEATRALI DWAR L-ISTORJA TAL-BELT VICTORIA
L-Oratorju Don Bosco bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria se jippreżenta spettaklu ta’ daħk u divertiment dwar l-istorja ta’ beltna nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Ġunju fit-8:00pm. Id-dħul huwa b’xejn. Il-biljetti jinqatgħu jew online jew mill-Booking Office kuljum bejn il-5:00pm u s-6:15pm.
ONLINE BOOKING GĦAL “THE PRINCE OF EGYPT”
L-online booking għall-musical “The Prince of Egypt” li l-Oratorju se jtella’ f’Novembru hu miftuħ. Għall-booking tistgħu tidħlu minn hawn. Il-booking mill-Foyer jiftaħ f’Ottubru.

DON BOSCO SUMMER CLUB 2026
L-applikazzjonijiet għad-Don Bosco Summer Club 2026 propjament għalqu fl-aħħar ta’ Mejju. Imma issa qed jintlaqgħu biss applikazzjonijiet għal dawk il-klassijiet fejn għad hemm il-wisgħa. Min hu interessat għandu jkellem lil Dun Effie u mbagħad jimla’ applikazzjoni. L-applikazzjonijiet jinkisbu mill-Foyer, jew minn hawn. Il-Klabb tas-Sajf din is-sena se jkun mill-Ġimgħa 3 ta’ Lulju sal-Ġimgħa 28 ta’ Awwissu.
TĦEJJIJA TAL-ORATORJU
Fil-ġranet li ġejjin irridu nħejju l-Oratorju biex jilqa’ lit-tfal li f’inqas minn ħmistax oħra jibdew jattendu l-Klabb tas-Sajf. Nagħmlu appell lil kull min jista’ jgħin biex jikkuntattja lil Dun Effie.

LEADERS U VOLUNTIERA TAS-SUMMER CLUB
Nhar il-Ġimgħa saret Laqgħa ta’ Tħejjija għal dawk li se jkunu jgħinu bħala leaders fis-Summer Club. Min ma setax ikun preżenti dakinhar nitolbuh ikellem lil Dun Effie.

FESTA TAL-MADONNA TA’ PINU
It-Tnejn, 22 ta’ Ġunju, taħbat it-Tifkira tad-Dehra tal-Madonna ta’ Pinu. Inħeġġukom biex għada ssibu ftit ħin u tmorru tittawwlu lill-Madonna fis-Santwarju tagħha f’Ta’ Pinu.

SAN ĠWANN BATTISTA
Nhar l-Erbgħa niċċelebraw it-Twelid ta’ San Ġwann Battista. Huwa wkoll l-“onomastico” tal-patrun tagħna S. Ġwann Bosco. Inqaddsu l-jum tal-Erbgħa bis-sehem tagħna fil-Quddiesa.

GOZO SPORTS AWARDS
Nifirħu lil dawn il-membri tal-Oratory Youths tal-Oratorju li dan l-aħħar irċivew rikonoxximent fil-Gozo Sports Awards: Raymond Attard għad-dedikazzjoni tiegħu fl-iżvilupp tat-tfal, lil Melchior Cremona għall-karriera distinta fil-futbol u lil Ethan Refalo il-plejer tas-sena tal-Under-19. Nawgurawlhom mill-qalb.

