Il-Karnival f'Malta u Għawdex ilu jsir mijiet ta' snin. Għalhekk sar mhux biss parti mit-tradizzjoni ta' pajjiżna iżda wkoll parti mill-wirt kulturali ta' artna. It-tradizzjoni trid li l-Karnival jsir qabel ir-Randan. Mhux biss f'Malta iżda mad-dinja kollha. Dan mhux mingħajr tifsira. Il-jiem tar-Randan huma għal-insara żmien ta' penitenza. Il-Karnival kien isir qabel biex jagħti ċans lill-poplu jifraħ, jiċċelebra u jitbellaħ qabel ma jibda bil-penitenza.

Il-festi tal-Karnival f'Għawdex jieħdu sura f'bosta attivitajiet fi kważi l-bliet u l-irħula Għawdxin kollha. L-attivitajiet ewlenin iżda, ikunu fil-belt Victoria, filwaqt li l-Karnival spontanju marbut man-Nadur jibqa sejjer sa wara nofs-il-lejl.

L-Oratorju Don Bosco wkoll ilu jieħu sehem attiv f'dawn l-attivitajiet tal-Karnival ġewwa Għawdex għal bosta snin. Il-Karnival ġewwa l-Oratorju joħloq atmosfera ta' ferħ u għaqda f'ambjent san fejn kemm kbar, żagħżagħ u tfal jippreparaw għal xhur sħaħ il-kumpaniji taghhom taż-żfin, ilkoll b'kostumi jlellxu li jiswew mhux ftit ħin lill-ħajjata volontarji li jaħdmuhom. Fl-Oratorju jsiru wkoll settijiet ta' maskli grotteski li jieħdu għad ġmielu ta' żmien biex jinħadmu min għad ta żagħżagħ u kbar b'mod volontarju. Fl-imgħoddi kienu jsiru wkoll l-karrijiet trijonfali pero dawn ma għadhomx isiru minħabba raġunijiet ta' spazju.

images/frontpage/b_cinefamilja.png#joomlaImage://local-images/frontpage/b_cinefamilja.png?width=600&height=450

ĊineFamilja

Click for upcoming movies

images/frontpage/b_pv_meter.png#joomlaImage://local-images/frontpage/b_pv_meter.png?width=600&height=450

Pannelli Solari

Click to check performance

images/frontpage/b_sustainable_energy.png#joomlaImage://local-images/frontpage/b_sustainable_energy.png?width=600&height=450

Enerġija Sostenibbli

Click to browse articles